133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com
133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com

133 G.Mangia Hill,
G'Mangia
Tel: Mob: 00356 99476468 - 79242483
email: info@pttmalta.com






COSTA BRAVA U LOURDES
3-12 Settembru 2025
INÅ»URU Lourdes, Gavarnie, Col d’Ibardin, St Jean d’Luz,
Pont d’Espagne, Andorra, Lloret de Mar, Barcellona,
Tossa de Mar u Montserrat
IT-TLIETA 2 TA’ SETT L-ERBGĦA 3 TA’ SETT
WASLA U LOURDES
Il-grupp jiltaqa’ l-ajruport fid-9.30pm (It-Tlieta filgħaxija)
u b’titjira diretta mar-Ryanair, fil-11.55pm nitilqu għal
Lourdes. Fit-2.20am (Sbiħ L-Erbgħa) naslu Lourdes u
nirkbu l-coach li teħodna għall-Lukanda Gloria fejn
ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar u nistrieħu għal-lejl.
Filgħodu wara l-kolazzjon ikollna quddiesa u wara
nagħmlu l-ewwel żjara fil-Grotta u t-Tliet Bażiliki.
Pranzu fil-lukanda u wara mmorru naraw video dwar
il-Messaġġ ta’ Lourdes. Filgħaxija niċċennaw fil-lukanda.
IL-ĦAMIS 4 TA’ SETTEMBRU | LOURDES
Kolazzjon u nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bil-Quddiesa. Wara l-pranzu nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Inkomplu bil-programm billi naraw u fejn ikun possibbli nżuru diversi postijiet ta’ interess konnessi ma’ Santa Bernadette, fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet u għexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’ħabs abbandunat fejn għexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-Knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ä esu (fejn tgħammdet). ÄŠena fil-lukanda u wara fid-9.00pm nieħdu sehem, bhala grupp, fil-Purcissjoni Aux Flambeaux li tibda mill-Grotta u tintemm fil-pjazza ta’ quddiem il-Bażilika tar-Rużarju. F’din il-purÄ‹issjoni l-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgħa mixgħula f’idejhom u jingħad ir-rużarju.
IL-GIMGĦA 5 TA’ SETTEMBRU | GAVARNIE
Wara l-kolazzjon niċċelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi knejjes/ kappelli li jinsabu
viÄ‹in il-Grotta. Ma’ tmiem il-Quddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki.
Inkomplu bil-programm billi nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-Għolja de l’Espeluges.
Pranzu u wara optional excursion għal Gavarnie. Eskurzjoni verament sabiħa li matulha
naraw ħafna veduti meraviljużi. Gavarnie huwa raħal qalb il-muntanji, 1357 metru ’l fuq mill-
baħar. Nagħmlu waqfa fuq Pont du Napoleon fejn ingawdu veduta millaqwa. Hekk kif naslu
Gavarnie nistgħu nagħmlu mixja qalb xenarju mill-isbaħ jew min irid jista’ anke jieħu rikba fuq
xi żiemel. Ċena fil-lukanda.
IS-SIBT 6 TA’ SETTEMBRU | COL D’IBARDIN U ST JEAN DE LUZ
Kolazzjon u wara eskursjoni optional ta’ Ä¡urnata għal Col d’Ibardin u St Jean de Luz. Minn
Col d’Ibaldin naraw veduti mill-isbaħ u anke nkunu nistgħu nagħmlu xi xiri. Wara mmorru St
Jean de Luz, belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola. Inżuru Ä‹-Ä‹entru storiku u
l-bajja kbira tal-post. Ikollna ħin liberu li matulu nkunu nistgħu nkomplu ngawdu ċ-ċentru tal-
belt, fejn insibu l-aqwa restoranti li jservu ikel bnin tal-baħar, u x-xtajta meraviljuża tal-post.
(Nota: Illum ma jkollniex pranzu jew packed lunch).
IL-ĦADD 7 TA’ SETTEMBRU | PONT D’ESPAGNE
Kolazzjon u wara fid-9.30am nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-
Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’
devozzjoni. Wara l-pranzu jkollna optional excursion għal Pont d’Espagne li jifforma parti
mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Eskurzjoni fuq il-muntanji fejn nitpaxxew b’xenarju mill-
isbaħ u naraw ħafna kaskati meraviljużi bl-ilma nieżel b’veloÄ‹ità kbira. Dan il-post huwa
popolari ħafna ma’ dawk li jħobbu jmorru mountain climbing. ÄŠena fil-Lukanda.
IT-TNEJN 8 TA’ SETTEMBRU | LLORET DE MAR
Kmieni wara l-kolazzjon naqbdu t-triq lejn Lloret de Mar - Costa Brava. Matul il-vjaġġ tagħna
nagħmlu waqfa ġewwa Andorra li huwa stat indipendenti u fejn nistgħu nixtru affarijiet duty
free. Naslu fil-Lukanda Garbi Park jew simili, filgħaxija. Sistemazzjoni tal-kmamar u wara ċ-ċena.
​
IT-TLIETA 9 TA’ SETTEMBRU | BARCELLONA
Malli nlestu l-kolazzjon, eskursjoni optional ta’ jum li teħodna fil-kapitali ta’ dan ir-reÄ¡jun,
Barċelona. Inżuru fost oħrajn Catalunya Square, Ramblas, Sagrada Famiglia u Mont Juic
minn fejn wieħed jista’ jgawdi veduta panoramika ta’ Barcelona. Wara nofsinhar ħin liberu
ghal personal sightseeing. Nissuġġerixxu żżuru l-famuż Aquarium (dħul extra) li qiegħed
viÄ‹in il-Monument ta’ Cristoforo Colombo. Nirritornaw lura l-lukanda għaÄ‹-Ä‹ena.
L-ERBGĦA 10 TA’ SETTEMBRU | TOSSA DE MAR U MATARO
Wara l-kolazzjon, ikollna eskursjoni optional li tehodna biex inzuru Tossa de Mar, belt
magħrufa għall-bajjiet sbieħ tagħha, it-torrijiet u t-toroq helwin tal-Belt il-qadima storika. Wara
nofsinhar inżuru l-kumpless tax-Xiri ta’ Mataro, fejn insibu ‘l fuq minn 80 ħanut u ristorant.
IL-ĦAMIS 11 TA’ SETTEMBRU | MONTSERRAT
Wara l-kolazzjon ikollna eskursjoni optional għal Montserrat. Montserrat qiegħed f’għoli ta’
1236 metru ‘il fuq mill-wied u hemmhekk inżuru l-Bażilika majestuża tal-Benedittini li hija
ddedikata lil “La Moreneta” (Il-VerÄ¡ni s-Sewda) Padruna tal-Katalonja. Xenarju spettakolari
kemm aħna u telgħin kif ukoll meta nkunu hemm fuq. Wara nofsinhar nirritornaw Lloret de
Mar u ikollna ħin liberu li matulu, flimkien mat-tour leader, inkunu nistgħu niskopru aktar dwar
dan il-post tant sabiħ. Nirritornaw lura l-lukanda għaċ-ċena.
IL-GIMGĦA 12 TA’ SETTEMBRU | TLUQ
Ilum ikolna kolazzjon ippakjat. Nitilqu mill-lukanda għall-ajruport ta’ Barcelona ghat-titjira mal-
Ryanair li titlaq fid-9.15am u naslu Malta fis-11.30am.
PREZZ KULL PERSUNA *Prezz Specjali
Adult f’kamra doppja
Adult f’kamra trippla
Adult f’kamra singola
Tfal f’kamra ma’ żewÄ¡ adulti
ESKURSJONIJIET ADULTI TFAL
Gavarnie
Col d’Ibardin/St Jean d’Luz
Pont d’Espagne
Barcelona City Tour
Tossa De Mar/Mataro
Monteserrat (entratura inkluża)
PREZZ JINKLUDI
Titjira mal-KM Malta Airlines Malta/Lourdes inkluż 20kg checked-in luggage
Titjira mar-Ryanair Barcelona/Malta inkluż 20kg checked-in luggage
5 iljieli fil-lukanda 3-star Hotel Gloria f’Lourdes (jew simili)
4 iljieli fil-lukanda 4-star Garbi Park f’Lloret de Mar (jew simili)Trasferimenti ajruport/lukanda/ajruport
Trasferiment Lourdes/Lloret de Mar, b’waqfa f’Andorra
Lourdes: 6 kolazzjonijiet/4 pranzi/5 ċeni
Lloret de Mar: 5 kolazzjonijiet/4 ċeni
Servizz ta’ tour leader u Direttur spiritwali
It-taxxi tal-ajruporti u s-Service charge
Insolvency fund
MHUX INKLUÅ» FIL-PREZZ
City Tax (jitħallsu direttament fil-Lukandi)
Santwarju ta’ Lourdes: Donazzjoni ta’ €10 kull persuna. Din tinÄ¡abar mit-Tour Leader f’Lourdes


€959 €859
€929 €829
€1,129 €1,029
€799 €699
€30 €15
€47 €25
€30 €15
€49 €28
€33 €15
€43 €25
​
​





